Saturday, December 28, 2024

Gudja United jikkwlifikaw għaċ-Championship Pool

Aqra wkoll

Gudja United …..1

Mosta…………..…0

Gudja United akkwistaw post mal-ewwel sitta fit-Tieni Fażi tal-Kampjonat BOV Premier meta goal kmieni tahom rebħa minima fuq Mosta.

B’din ir-rebħa, it-team immexxi minn Thane Micallef irnexxielu jaqbeż lil Sirens fis-sitt post hekk kif dawn ġew megħluba minn Gżira United f’waħda mill-partiti l-oħra li saru fl-istess ħin.

Mosta, min-naħa l-oħra, spiċċaw l-impenji tagħhom fid-disa’ post b’25 punt,    tnejn wara Sirens, wieħed wara Valletta u tnejn fuq Balzan.

Iż-żewġ timijiet kellhom żewġ bidliet mill-aħħar ħarġa tagħhom hekk kif Llywelyn Cremona u Ahinga Bienvenu Selemani bdew flok Aidan Friggieri u Gabriel Mensah għal Gudja waqt li għal Mosta, Rode­rick Briffa u Rafael Morisco ħadu post Jake Vassallo u Youri Loen.

Għall-kronaka, Gudja ma setgħux kellhom bidu aħjar hekk kif marru minn fuq wara biss tliet minuti meta free-kick mix-xellug ta’ Matias Muchardi ħoloq konfużjoni fil-kaxxa bil-ballun jasal għand LLYWELYN CREMONA li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fis-16-il minuta, Cre­mona avvanza qabel għadda l-ballun lejn Selemani li kellu x-xutt djagonali mil-lemin salvat minn Akpan. Tmien minuti wara, Mosta kel­lhom goal ta’ Antwi wara free-kick ta’ Acheampong imħassar għal pożizzjoni ta’ offside.

Fil-35 minuta, Gudja reġgħu resqu viċin meta Nikabadze rċieva ballun fuq ix-xellug u wara li dar ma’ difensur kellu x-xutt b’saħħtu jiġi salvat mill-goalkeeper ta’ Mosta.

Għaxar minuti fit-tieni taqsima, Gudja kellhom okkażjoni tajba meta Dzalamidze daħal tajjeb mix-xellug u għadda l-ballun lejn Cremona li minn tarf il-kaxxa kkonkluda għoli.

Iżda aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Mosta bdew jagħfsu aktar u fil-61 minuta xutt ta’ Brincat minn barra l-kaxxa falla l-mira bi ftit u żewġ minuti wara, minn free-kick ta’ Acheampong, id-daqqa ta’ ras ta’ Morisco ġiet salvata minn Zammit.

Fis-76 minuta cross-shot ta’ Micallef mix-xellug ġiet salvata minn Ini Etim Akpan biex tliet minuti wara, fuq in-naħa l-oħra, xutt tas-sostitut Mifsud ġie mblukkat mill-goalkeeper ta’ Gudja.

Hekk kif fl-istess ħin bdew jaslu rapporti li Gżira United kienu dawru r-riżultat fil-logħba kontra Sirens wara li kienu fi żvantaġġ ta’ goal, Gudja komplew jikkontrollaw tajjeb lill-avversarji tagħhom biex jaċċertaw ruħhom mit-tliet punti u post mal-aħħar sitta fit-tieni fażi tal-kampjonat.

Bla dubju, dan huwa suċċees meritat għal Gudja United li fit-tieni fażi se jilagħbu mat-timijiet elite tal-football Malti wara tliet snin fl-ogħla diviżjoni.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Matias Muchardi (7-Aidan Jake Friggieri 46), 6-James Arthur, 8-Rodolfo Soares, 10-Llywelyn Cremona, 19-Ahinga Bienvenu Selemani (3-Tatsuro Nagamatsu 91), 23-Neil Tabo­ne (24-Farid Romero Zuniga 72), 25-Juan Bolanos Ramires, 28-Nika Dzalamidze (81-Neil Anthony Micallef 60), 92-Gior­gi Nikabadze, 99-Marcelo Dias  – Coach: Thane Micallef

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa, 7-William Donkin (8-Christ Ememe 64), 11-Geoffrey Edwin Achemapong, 20-Boubakary Diarra (88-Sunday Akinbule 46), 22-Tyrone Farrugia, 30-Luis Riascos, 33-Dennis Agyare Antwi, 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (9-Michael Mifsud 71), 98-Rodriguez Ekani – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORER: L.Cremona 3 (GU)

AMMONITI: M. Muchardi, G. Nikabadze (GU); D. Antwi, R. Briffa (M)

Ekonomija

Sport