Mosta …………..1
Gudja Utd ……2
Gudja United bdew l-istaġun fuq nota tajba hekk kif kisbu tliet punti b’rebħa ta’ 2-1 fuq Mosta.
Immexxija għall-ewwel darba mill-coach Andrea Agostinelli, Gudja ħolqu l-aħjar ċansijiet fl-ewwel taqsima fejn marru fil-vantaġġ u għalkemm Mosta tjiebu fit-tieni taqsima u anke ġabu l-goal tad-draw, kienu Gudja li tard fil-logħba skorjaw il-goal tar-rebħa.
Kienu Gudja li ħarġu tajjeb u fit-tmien minuta, Selemani temm ġirja tajba b’ xutt fil-baxx li l-goalkeeper Ini Etim Akpan dawwar f’corner.
Tliet minuti wara, huma reġgħu ttantaw xortihom bi free-kick ta’ Matias Muchardi li għadda ftit għoli. Mosta rrispondew fit-12-il minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Roderick Briffa li falliet il-mira bi ftit wara cross ta’ Nsumoh mil-lemin.
Fl-14-il minuta, il-Gudjani rnexxielhom jiftħu l-iskor meta wara throw-in mix-xellug, Selemani għadda l-ballun bir-ras lejn SAMUEL GOMES DA MATA li kkontrolla tajjeb qabel għeleb lill-goalkeeper Mosta b’xutt fil-baxx.
Ir-reazzjoni Mostija damet ma waslet u Gudja komplew jagħfsu hekk kif Arthur kellu xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li l-goalkeeper Mosti salva tajjeb ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima. Minuta wara, rovexxjata mill-isbaħ ta’ Christ Ememe għal Mosta ġiet salvata minn Zammit.
Ħames minuti fit-tieni taqsima, Mosta ġabu l-iskor indaqs. Kien Brincat li għadda l-ballun lejn Ememe f’tarf il-kaxxa u minkejja li kien immarkat tajjeb minn difensur, ikkontrolla u qassam lejn GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG li venven xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li ma ta ebda ċans lil Zammit.
Gudja rrispondew bi freekick ta’ Muchardi mix-xellug li ġie mblukkat minn Akpan u Muchardi minn tarf il-kaxxa bir-ras tefa’ ftit barra fid-59 minuta.
Fit-78 minuta, it-team immexxi mill-coach Andrea Agostinelli reġa’ mar minn fuq hekk kif Gomes għadda l-ballun lejn is-sostitut Llywelyn Cremona fuq il-lemin u mill-pass fil-baxx ta’ dan ta’ l-aħħar, is-Sloven VITO PLUT ma żbaljax mill-viċin.
Fit-88 mintua, Mosta marru viċin bi freekick ta’ Nsumoh iżda l-ballun spiċċa barra bi ftit.
MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 5-Patrick Mensah, 6-Roderick Briffa (16-Gianluca Sciberras 68’), 8-Christ Ememe, 14-Johnson Nsumoh, 22-Tyrone Farrugia, 30-Jacob Nii Martey Akrong, 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 74-Jake Vassallo (11-Duane Bonnici 82’), 77-Zachary Brincat (10-Precious Linus Tenebe 56’), 98-Jonas Rodriguez Ekani – Coach: Joseph Grech
GUDJA U. 1-Glenn Zammit, 3-Juan Bolanos Ramires, 5-Andre-Prates, 9-Vito Plut (88-Farid Romero Zuniga 93’), 11-Ahinga Bienvenu Selemani, 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 22-Hubert Vella (10-Llywelyn Cremona 73’), 23-Neil Tabone, 39-Samuel Gomes da Mata (19-Johann Bezzina 84’), 77-Roberto Matias Muchardi – Coach: Andrea Agostinelli
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Paul Apap
RABA’ UFF: Darryl Agius
SKORERS: S. Da Mata 14, V. Plut 78 (G); G. Acheampong 50 (M)
AMMONITI: R. Briffa, P. Mensah, J. Vassallo (M); N. Tabone (GU)