Sunday, October 27, 2024

Gudja United jissorprendu lil Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gudja Utd …….1

Hamrun S. …….0

Kompla l-istaġun mill-aktar pożittiv u sorprendenti għal Gudja United meta huma ħasdu għal kollox lil Hamrun Spartans u għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal jasal fit-tieni taqsima.

Kollox ma’ kollox kienet logħba li ftit li xejn entużjażmat lil dawk preżenti, ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-grpund, biż-żewġ timijiet jonqsu milli jkunu avventurużi.

Min-naħa l-oħra, dan ir-riżultat kompla jikkonferma staġun mill-aktar di­żappuntanti għal Hamrun Spartans, hekk kif il-prestazzjonijiet tagħhom matul il-kors tal-kampjonat kienu biss id-dell tal-istaġun preċedenti.

Ta’ nota huwa l-fatt li dan il-konfront laqqa’ lil żewġ aħwa kontra xulxin: Karl Micallef għal Hamrun Spartans u Neil Anthony Micallef għal Gudja United.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta minn azzjoni ta’ free-kick, Juan Carlos Corbalan xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Jorge Ailton Saores li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit barra.

Gudja wieġbu tmien mi­nuti wara meta wara li rċieva minn pass mil-lemin, Llywelyn Cremona kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata mill-goalkeeper Henry Bonello.

Fit-30 minuta, Gujda ngħa­taw free-kick li minnu Justin Grioli ra t-tentattiv tiegħu jintemm barra.

Huma komplew jiddo­minaw u tliet minuti wara Llywelyn Cremona kellu xutt minn tarf il-kaxxa li falla t-tragward għal ftit.

Fil-35 minuta Tatsuro Nagamatsu kellu l-kanunata tiegħu tiġi salvata minn Bonello.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Gudja United ħarġu ferm aggressivi u fis-57 minuta fetħu l-iskor meta Justin Grio­li xeħet cross għan-nofs, bi Juan Carlos Corabalan jagħti daqqa ta’ ras lura lejn Henry Bonello li deher maħsud għal kollox, b’GABRIEL MENSAH jinterċetta tajjeb, imattar siequ u jitfa’ l-ballun f’lasti vojta.

Iżda Hamrun għamlu reazzjoni u fis-70 minuta, Jorge Ailton Soares xeħet cross li sab lil Joseph Mbong li spara xutt mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Glenn Zammit, li salva bi bravura minn mal-art.

Fil-ħin miżjud Sasere skorja għal Hamrun iżda l-goal ġie mħassar minħabba foul.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 3-Taturo Nagamatsu, 5-Matias Muchardi, 8-Rodolfo Soares, 10-Llywelyn Cremona (22-Hubert Vella 84), 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah (7-Aidan Jake Friggieri 84), 25-Juan Ra­mires Bolanos, 27-Justin Grioli (24-Farid Romero Zuniga 74), 28-Marcelo Dias, 81-Neil Anthony Micallef   – Coach: Tha­ne Micallef

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 7-Joseph Mbong, 10-Jorge Ailton Soares, 12-Arthur Oyama, 17-Franklin Sasere, 20-Matteo Fedele (33-Isaac Ntow 73), 23-Luke Gambin (77-Shaisan Attard 86) 28-Juan Carlos Corbalan (44-Claude Dielna 73), 30-Karl Micallef, 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, James Muscat

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORER: G. Mensah 57 (GU)

AMMONITI: K. Micallef, F. Sasere, F. El Bakhtaoui (HS), G. Mensah, F. R. Zuniga, H. Vella, G. Zammit (GU)

Sport