Wara r-rebħa kbira ta’ 4-0 li Tottenham Hotspur kellhom kontra Manchester City barra minn darhom, sfortunatament kien hemm aħbar mhux daqstant pożittiva li l-goalkeeper Taljan Guglielmo Vicario weġġa’ l-għaksa waqt din il-partita u ġie operat t-Tnejn filgħaxija.
Sadanittant it-tobba tal-klabb se jkunu qed jevalwaw il-kundizzjoni tiegħu għalkemm ma taw l-ebda żmien meta se jidħol lura bejn il-lasti.
Vicario għandu 28 sena u s-Sibt li għadda kienet il-50 dehra ma’ Spurs.