Hekk kif il-futur tal-goalkeeper ta’ Inter Andre Onana għadu xi ftit jew wisq inċert, in-Nerazzurri qed jaħsbu sabiex iġibu element ieħor bejn il-lasti u jidher li l-għażla waqgħet fuq Guglielmo Vicario ta’ Empoli. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u matul dan l-istaġun kien ferm tajjeb mat-tim mit-Toskana waqt il-21 partita staġjonali li lagħab.
Il-kurrikulu ta’ Vicario jixraq ħafna mal-filosofija ta’ Inter li lesti li jakkwistawh fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Hu lagħab ukoll ma’ Cagliari, Venezia u Udinese.