Il-Ġurnalist Amerikan Evan Gershkovich ġie kkundannat 16-il sena ħabs mill-Qorti Russa wara li nstab ħati ta’ spjunaġġ. Il-ġurnalist kien impjegat minn The Wall Street Journal.
Hu kien ġie arrestat f’Marzu li għadda hekk kif mar lura lejn Moska wara żjara li kien għamel fil-belt ta’ Yekaterinburg. Hekk kif wasal fil-kapitali Russa sab lis-servizz tas-sigurtà jistennewh fejn mill-ewwel ġie arrestat.
Il-Prosekuzzjoni akkużat lill-ġurnalista li hu kien qiegħed jaħdem għas-CIA u mhux għal ġurnal. Iżda kemm is-CIA u anke hu stess ċaħdu dan fejn sostnew li hu kien qiegħed jaħdem fuq stejjer biex jiġu ppubblikat fil-ġurnal imsemmi.
Din hija l-ewwel darba fi 30 sena mindu spiċċat il-gwerra bierda li l-ġurnalist Amerikan instab ħati ta’ spjunaġġ minn Qorti Russa.
“Sentenza ta’ disrispett, u ġuri li ma juri l-ewwel ġustizzja fuq Evan wara li diġà għamel 478 ġurnata l-ħabs. Hu ilu żmien twil ‘il bogħod mill-familja tiegħu, ma tħallix jaħdem aktar u anke l-kundizzjonijiet li nżamm fihom s’issa jqajmu suspetti kbar,” qalet Emma Tucker, l-Editur tal-ġurnal Wall Street Journal.
Hi kompliet tgħid li se jibqgħu jagħmlu dak kollu posibbli biex hu jinħeles mill-ħabs u anke se ssir pressjoni internazzjonali biex isir dan. “Li taħdem bħala ġurnalista mhux att kriminali anzi dritt,” kompla tgħid Emma Tucker.