Friday, November 8, 2024

Ġurnalist Amerikan miżmum mill-uffiċjali għax libes flokk bil-kuluri tal-qawsalla

Aqra wkoll

Ġurnalist Amerikan li jirrapporta t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar sostna li ġie miżmum mill-uffiċjali minħabba li libes flokk bil-kuluri tal-qawsalla biex juri l-appoġġ tiegħu għall-komunità LGBTQ. 

Grant Wahl imexxi l-websajt tiegħu stess li tirrapporta avvenimenti tal-football fejn qabel kien jaħdem ma’ aġenzija tal-aħbarijiet sportivi.  

Wahl qal li ma tħalliex jidħol fl-Istadium Ahmad Bin Ali f’Al Rayyan għall-partita tat-Tnejn bejn l-Istati Uniti u Wales minħabba l-flokk tiegħu, li kellu ballun tal-football imdawwar b’qawsalla.

“Jekk trid tidħol fl-istadium,  trid tibdel il-flokk. Mhux permess,” hekk kif avżat Wahl filwaqt li ġie miżmum barra l-istadium. 

Huwa rrapporta dan l-inċident fuq Twitter fejn aktar tard huwa allega li t-telefon tiegħu ġie konfiskat.

Sport