Sunday, November 24, 2024

Ġurnalist Franċiż maqtul fl-Ukrajna jingħata l-aqwa unur fi Franza

Aqra wkoll

Franza għadha kif tat l-akbar unur tagħha lil ġurnalist Franċiż li nqatel waqt li kien qiegħed jirraporta f’Bakhmut lura għal Mejju li għadda. Amar Soldin ta’ 32 sena tilef ħajtu wara attakk mill-ajru fil-belt ta’ Bakhmut.

F’ittra mibgħuta lill-midja Franċiża, il-President Emmanuel Macron faħħar il-qlubija li kellu Soldin u qal li l-ġurnalist kellu karattru sod immens u li minkejja li l-karriera tiegħu ma kinitx waħda faċli, huwa dejjem emmen fih innifsu u li ma kienx jibża’ minn xejn.

Il-President Franċiż żied jgħid li Arman kellu fih dik il-passjoni li wasslitu għall-verità filwaqt li kien jagħmel xogħlu b’reqqa kbira billi kien jiġbor l-informazzjoni kollha li kien jeħtieġ. Dan kollu sabiex il-pubbliku jkun informat b’dak li kollu li jkun għaddej.

Skont il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, minn tal-inqas fl-Ukrajna inqatlu iktar minn 15-il ġurnalist, inkluż Amar Soldin minn meta bdiet l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

Soldin, twieled il-Bożnja iżda kellu ċittadinanza Franċiża. Huwa kien parti mill-ewwel tim tal-AFP li mar l-Ukrajna wara l-bidu tal-invażjoni fi Frar tas-sena l-oħra u beda jgħix hemm minn Settembru.

Sport