Friday, December 27, 2024

Ġurnalist Taljan jeħel multa wara li nstab ħati ta’ lingwaġġ vulgari fil-konfront ta’ Meloni

Aqra wkoll

Wieħed mill-iktar ġurnalisti prominenti fl-Italja nstab ħati ta’ libell wara li insulenta lill-Prim Ministru Giorgio Meloni waqt intervista televiżiva.

Roberto Saviano ġie mixli li uża lingwaġġ vulgari fil-konfront ta’ Meloni waqt li kien qed jattakka l-pożizzjoni li ħadet hi dwar il-migrazzjoni f’Diċembru tal-2020.

L-avukat ta’ Meloni ddikjara li Saviano bi kliemu kien insulta lill-klijenta tiegħu u mhux sempliċiment għadda kritika kostruttiva. Għaldaqstant, lil Saviano akkużah li uża “lingwaġġ eċċessiv, vulgari u aggressiv”.

L-imputat ġie ordnat iħallas multa ta’ €1,000, però l-istess multa tiġi attwata f’każ li huwa jerġa’ jirrepeti din l-offiża. Sintendi, dan ġab miegħu tgergir minħabba li verdett bħal dan jista’ jwassal biex aġir bħal dan jerġa’ jirrepeti ruħu minn persuni oħra.

Huwa rrappurtat li l-assoċjazzjoni ‘Pen International writers’’ kienet ħeġġet lill-Prim Ministru biex twaqqa’ l-każ li fetħet kontra Saviano, però ntqal li Meloni ma rat l-ebda raġuni għala għandha tagħmel dan.

Min-naħa tiegħu, l-avukat li rrappreżenta lil Saviano qal li se jkun qed jappella l-verdett.

Skont il-liġi Taljana, uħud mill-każijiet ta’ malafama jistgħu jkunu meqjusa kriminali u tkun fiċ-ċans li teħel sa tliet snin ħabs.

Iktar kmieni din is-sena, Meloni fetħet ukoll każ kontra l-kantant Brian Molko wara li waqt gig f’Turin qalilha li hi faxxista u razzista.

Ekonomija

Sport