Saturday, October 26, 2024

Ġurnalista Ċiniża tintbagħat il-ħabs għar-rapportaġġ tagħha dwar il-pandemija f’Wuhan

Aqra wkoll

Ġurnalista Ċiniża ntbagħtet erba’ snin ħabs minħabba r-rapporti tagħha dwar il-pandemija tal-Covid-19 f’Wuhan.

Zhang Zhan, li kienet taħdem bħala avukat, instabet ħatja b’instigazzjoni ta’ inkwiet talli kienet tirrapporta l-istadji inizjali tal-pandemija.

Zhang hija l-ewwel każ magħrufa fejn persuna nstabet ħatja minn Qorti talli rrapportat it-tentattivi bikrijin tal-awtoritajiet tal-istat biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-coronavirus.

Ren Quanniu, l-avukat li qed jirrappreżenta lil Zhang, f’kummenti lil Reuters wera l-intenzjoni li jappellaw mis-sentenza. “Zhang temmen li qed tiġi ppersegwitata talli eżerċitat id-dritt tagħha tal-libertà tal-espressjoni.”

Fir-rapportaġġ tagħha Zhang kitbet dwar numru ta’ stejjer relatati mal-coronavirus, fosthom l-impatt tal-pandemija fuq in-negozji lokali, l-arrest ta’ ġurnalisti indipendenti, u l-iffastidjar ta’ familji tal-vittmi li riedu lill-Gvern jkun kontabbli tal-pandemija.

Il-verdett tal-każ qed ikun deskritt minn bosta bħala parti mit-tentattiv taċ-Ċina li tikkastiga lil dawk li espknew l-isforzi tal-Gvern biex iżomm misturin dettalji dwar il-virus.

Zhang kienet arrestata f’nofs Mejju li għadda.

Sport