Wednesday, December 25, 2024

Ġurnalista maqtula waqt li kienet qiegħda tirraporta rejd mill-forzi tas-sigurtà Iżraeliti

Aqra wkoll

Il-ġurnalista tal-Al Jazeera, Shereen Abu Aqleh, inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar waqt li kienet qiegħda tirrapporta dwar rejd mill-forzi tas-sigurtà Iżraeliti fil-belt ta’ Jenin, fil-West Bank. 

L-istazzjon tal-aħbarijiet ibbażat fil-Qatar, qal li Abu Aqleh, ta 51 sena, ġiet maqtula “deliberatament” mit-truppi Iżraeliti. F’dan l-inċident, safa midrub ġurnalist ieħor. 

Il-militar Iżraelit ċaħad li l-forzi tiegħu kienu fil-mira tal-ġurnalisti. Kienet qed teżamina “l-possibilità” li “ġiet milquta minn rġiel armati Palestinjani” waqt skambju ta’ nar. 

II-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Iżrael, Yair Lapid, iddeskriva l-mewt ta’ Abu Aqleh bħala waħda “ta’ dwejjaq” u qal li offra li jwettaq investigazzjoni konġunta mal-awtorità Palestinjana. “Il-ġurnalisti jridu jkunu protetti f’żoni ta’ kunflitt u lkoll għandna responsabbiltà li naslu għall-verità,” huwa żied jgħid. 

L-Assistent Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Qatar, Lolwah al-Khater, qalet li Abu Aqleh kienet milquta f’wiċċha waqt li kienet liebsa lbies protettiv u anke elmu. 

Shereen Abu Aqleh kienet figura prominenti fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Al Jazeera u kienet ilha tkopri l-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina għal dawn l-aħħar 15-il sena. 

Ekonomija

Sport