Saturday, December 21, 2024

Ġurnalista Russa maqtula f’attakk fi Kyiv 

Aqra wkoll

Ġurnalista Russa nqatlet waqt attakk mill-forzi Russi fil-Kapitali Ukrena, Kyiv.

Oksana Baulina kienet qed tirraporta minn Kyiv u l-belt tal-Punent ta’ Lviv għall-website The Insider. Ġie rrappurtat li hija mietet waqt li kienet qed tiffilmja l-ħsara li kien hemm fid-distrett ta’ Pidl.

Baulina ħadmet għall-fondazzjoni kontra l-korruzzjoni, l-organizzazzjoni mwaqqfa minn Alexei Navalny, qabel telqet mir-Russja. Is-sena li għaddiet il-fondazzjoni saret illegali u tqieset mill-awtoritajiet bħala estremista, li wassal biex ħafna mill-membri tal-istaff tagħha kellhom jitilqu minnha. 

Sadanittant, fl-imsemmi attakk inqatlet persuna oħra u tnejn oħra sfaw midruba. Il-pubblikazzjoni ‘The Insider’ bagħtet il-kondoljanzi lill-familja u ħbieb tal-ġurnalista. Il-ġurnalist investigattiv Alexey Kovalyoc ta ġieħ lil Baulina. 

Ekonomija

Sport