Saturday, December 21, 2024

Ġurnalisti flaġellati mit-Talibani

Aqra wkoll

Ġurnalisti fl-Afganistan qalu li ġew imsawtin, arrestati u spiċċaw flaġellati mit-Talibani waqt li kienu qed jippruvaw jirrapurtaw il-protesti.

Ritratti li qed jiċċirkolaw fil-midja juru żewġ ġurnalisti mill-gazzetta Etilaatroz li spiċċaw f’idejn it-Talibani waqt ħidma mill-ajruport ta’ Kabul.

Wieħed minnhom tkellem mal-midja barranija u qal li huwa ttieħed lejn għassa tal-Pulizija u spiċċa qala’ daqqiet ta’ sieq u msawwat.

Il-ġurnalist Taqi Daryabi f’kummenti li għadda qali li hu fotografu kienu qegħdin jirrapurtaw protesta mmexxija min-nisa f’Kabul meta spiċċaw miżmumin u msawta brutalment tant li f’wiċċhom għad għandhom marki taż-żraben tat-Talibani.

Wara xi sigħat huma ġew meħlusin u għalkemm intalbu jħaffu l-pass, huma bilkemm felħu jimxu. Meta staqsew għalfejn għamlulhom hekk, qalulhom għandhom iħossuhom fortunati li ma ħanxrulhomx għonqhom.

Ekonomija

Sport