Friday, December 27, 2024

“Ġurnata iebsa ħafna għalina… il-Pulizija qegħdin jagħmlu xogħol siewi ħafna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara diversi rapporti u kummenti li segwew fil-midja bint il-vittma f’għajnsielem qiegħda tappella lill-pubbliku biex ikun responsabbli fir-reazzjonijiet tiegħu fil-konfront tal-Pulizija.

Waħda minn uliedha tgħid li lbieraħ kienet ġurnata iebsa ħafna għaliha, għal ħuta u għall-familja kollha. Minkejja dan hija xtaqet tiċċara s-sitwazzjoni rigward il-ħafna kummenti kontra l-Pulizija u qalet li bħala familja m’għandhomx kliem biex jirringrazzjawhom tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.

Hija qalet anke wara rapporti f’sezzjonijiet tal-midja lokali rigward kommossjoni li żvolġiet lbieraħ fuq il-vapur t’Għawdex ftit sigħat qabel l-akkużat bil-qtil tressaq il-Qorti.

Intant aktar tard illejla għall-ħabta tas-6:00 p.m quddiem il-bini tal-Parlament se ssir viġilja b’tifkira tal-mibkija Rita Ellul.

Ekonomija

Sport