Saturday, December 21, 2024

“Ġustizzja li ddum aktar milli hemm bżonn mhijiex tajba pero ġustizzja li tgħaġġel iżżejjed hija agħar” – Dr Franco Debono

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Avukat Franco Debono b’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Imħallef Mark Chetcuti fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi; fejn fost l-oħrajn ssuġġerixxa tibdil fl-istruttura tal-kors tal-liġi, beda biex jgħid li proposta simili kien għamilha hu 10 snin ilu fir-Riforma Ħolistika tal-Ġustizzja li tista tiġi aċċessata minn www.riformaġustizzja.com.

Debono tkellem ukoll dwar punt ieħor ta’ Chetcuti li jagħtih ukoll importanza u li jitratta l-fatt li ftit avukati minn fost il-mijiet li qed jiggradwaw qed jagħżlu li jaħdmu l-Qorti.

Dwar it-tieni waħda Debono spjega li fost ir-raġunijiet għal dan hemm il-fatt li dan ix-xogħol jirrikjedi responsabbilità enormi, tensjoni u ħinijiet bla qies, agħar minn hekk nuqqas ta’ rispett inkluż minn ġudikanti li l-avukat irid jidher quddiemhom ta’ kuljum.

Mingħajr ma daħal fil-mertu tal-każ, tkellem dwar dak li qal Jason Azzopardi lbieraħ fejn ilmenta minn differiment għal diversi xhur u li fl-opinjoni tiegħu qabel li differiment m’għandux itul daqstant xhur. 

Debono nnota wkoll il-fatt li tal-pressjoni tal-ħidma tal-ġudikanti u qal li b’rispett reċiproku l-Qrati tagħna komplew jaħdmu b’effiċjenza f’nofs pandemija.

Rigward il-punt tal-Prim Imħallef rigward l-isfida ta’ dewmien dewmien żejjed fil-kawżi, l-Avukat Debono qed jittama li ma jkunx hemm bidla minn estrem għall-ieħor għax fi kliemu stess “Ġustizzja li ddum aktar milli hemm bżonn mhijiex tajba pero ġustizzja li tgħaġġel iżżejjed hija xi ħaġa agħar.” Kompla biex jispjega li wara dan ir-raġunament hemm hemm “nies li mhumiex numri u li l-każijiet mhumiex statistika”, suġġett li hu kien tkellem dwaru qabel fir-riforma li kien propona u li ħafna minnha ġiet implimentata matul dawn l-aħħar snin. 

Finalment huwa sellem lill-kollegi tiegħu, speċjalment dawk li jaħdmu l-Qorti għall-ħin u l-enerġija li jiddedikaw biex jiddefendu d-drittijiet tan-nies.

Ekonomija

Sport