Saturday, November 9, 2024

Gutenberg Press tgħin fil-proċess tal-manifattura ta’ visors protettivi

Aqra wkoll

F’dawn iż-żminijiet bla preċedent bħala parti mill-impenn tagħha biex tappoġġja kemm l-awtoritajiet tas-saħħa lokali kif ukoll internazzjonali, Gutenberg Press Ltd ittrasformat il-proċess ta’ manifattura tagħha u issa qiegħda tgħin fil-proċess tal-manifattura ta’ visors protettivi li huma vitali biex jitwaqqaf it-tixrid tal-Covid-19.

Gutenberg Press hija waħda mill-istamperiji ewlenin f’Malta b’ħafna snin ta’ esperjenza. Gutenberg temmen fil-kwalità u s-sodisfazzjon tal-klijent u tikseb dan permezz ta’ investiment kostanti fin-nies u t-tagħmir tagħha.

YouTube video

Fi stqarrija, Gutenberg Press qalet, “Simili għal kumpaniji oħra fl-industrija tal-manifattura, Covid-19 ippreżenta lilna sfida totalment ġdida billi naqqset il-momentum li konna nibnu fis-snin li għaddew. Madankollu, dawn l-isfidi għenu biex naħdmu iktar bħala tim kollettiv u olistiku.”

Gutenberg Press qalet li l-bidla f’waħda mil-linji ta’ produzzjoni tagħhom ma kinitx biċċa xogħol faċli, iżda t-tim wieġeb b’mod tajjeb ħafna. Il-kumpanija hija kburija li jkollha tim dinamiku u flessibbli li l-esperjenza u l-lealtà jmexxu l-kumpanija minn suċċess għall-ieħor. Matul dawn iż-żminijiet delikati, il-forza tax-xogħol kienet determinata li tkun proattiva u li tkun fuq quddiem biex tattendi l-ħtiġijiet tal-kumpanija għal dan il-proġett ġdid.

Dawn il-visors huma ddisinjati u prodotti minn impriża konġunta tal-manifattura Maltija magħmula minn Kengineering, Rapco Ltd & Thermoplastics Ltd. Dawn il-kumpaniji fittxew is-servizzi professjonali ta’ Gutenberg Press.

Sport