Sunday, December 22, 2024

Ġuvni akkużat li kisser il-bieb tal-ġenituri tat-tfajla

Aqra wkoll

Luke Cremona ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi, baqa’ jinżamm arrestat wara li hedded u ħebb għal omm u missier it-tfajla tiegħu. Fil-Qorti ntqal li l-ġuvni kkaġuna diversi ħsarat fir-residenzi tal-kunjati tiegħu fosthom anke li kissrilhom il-bieb tad-dar.

Għal akkużi Cremona wieġeb mhux ħati filwaqt li l-Prosekuzzjoni qalet li omm it-tfajla tiegħu sofriet ġrieħi ħfief f’dan il-każ.

Id-difiża qalet li mhux se tkun qiegħda titlob il-ħelsien mill-arrest filwaqt li l-Maġistrat bigail Critien ħarget ordni ta’ protezzjoni favur ir-raġel u l-mara.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Colin Sheldon u James Mallia. L-akkużat deher assistit mill-avukat Francesca Zarb.

Ekonomija

Sport