Raġel ta’ 25 sena residenti Ħ’Attard jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m., kien involut f’inċident fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Mill-istħarriġ li sar irriżulta li l-vittma weġġa’ wara li ntlaqat minn pipe ta’ apparat tal-konkos kawża ta’ xi ħsarat. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) jinnutaw li l-ispetturi tagħhom marru minnufih fuq il-post fejn immedjatament bdew bl-istħarriġ tagħhom.
L-Awtoritajiet, fejn u kif meħtieġ, joffru wkoll is-support tagħhom fl-inkjesta maġisterjali li ġiet appuntata.