Ġuvni ta’ 16 -il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m, kien involut f’inċdent fi Triq Ball f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-vittma daħal f’sit taħt kostruzzjoni u waqa’ madwar żewġ sulari.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lill-ġuvni u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.