Sunday, June 8, 2025

Ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li qabeż fil-baħar u ħabat rasu f’Għajn Tuffieħa 

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:15 p.m., , il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa bajja f’Għajn Tuffieħa. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ġuvni ta’ 17-il sena mir-Repubblika Duminikana kien qabeż il-baħar u ħabat rasu. 

Xi nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.  Tim mediku wasal fuq il-post u hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. 

Il-Maġistrat ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport