Ġuvni ta’ 26 sena residenti l-Munxar, kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-3.20pm waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding fi Triq Kappillan Ġużeppi Hili fil-Fontana Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar, jidher li l-ġuvni kien qiegħed ma’ xi familjari tiegħu jagħmel xi xogħlijiet ma’ xi faċċata.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-ġuvni, u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-ġuvni s’issa għadha mhix magħrufa.
Il-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.