Saturday, November 23, 2024

Ġuvni jinżamm mill-Pulizija wara li nstab fil-pussess ta’ droga waqt li kien fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ tmienja ta’ filgħaxija 8:00 p.m, waqt li l-Pulizija mid-Distrett tal-Belt Valletta kienu qegħdin jagħmlu ronda fi Triq Nofs in-Nhar, raw vettura tal-għamla Volkswagen Polo u nnutaw li l-passiġġier ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurta’. 

Għaldaqstant, il-Pulizija waqqfu l-vettura fejn meta kien qiegħed jiġi mitkellem il-passiġġier – ġuvni ta’ 19-il sena u residenti Birkirkara – qam suspett li jista jkun hemm xi affarijiet kontra l-liġi fil-vettura. Għalhekk, il-Pulizija għamlet tfittxijiet fuqu, fuq ix-xufier u fil-vettura, fejn il- ġuvni nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga ħaxixa tal-kannabis. 

It-tfittxija kompliet fir-residenza fejn jgħix f’Birkirkara fejn hemmhekk il-Pulizija sabet oġġetti oħra relatati mal-użu tad-droga. 

Il-ġuvni ġie arrestat u qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar staħrriġ. L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport