Saturday, December 21, 2024

Ġuvni jsofri ġrieħi gravi f’argument jaħraq fil-Gżira

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena mill-Isla sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument fil-Gżira. L-argument seħħ fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tal-11.30 p.m.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-ġuvni kien involut f’argument ma’ raġel ta’ 26 sena residenti l-Imsida. Waqt dan l-argument allegatament intużat sikkina.

Il-ġuvni mar il-Poliklinika tal-furjana u ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Dwar dan il-każ ir-raġel ta’ 26 sena qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Ekonomija

Sport