Friday, November 15, 2024

Ġuvni jtawwal xagħru u jagħmel parrokka għal ommu wara li tilfet xagħarha minħabba l-kanċer

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Omm tilfet xagħarha waqt li kienet qed tiġġieled il-battalja kontra l-kanċer għat-tielet darba. Binha ddeċieda li jtawwal xagħru sabiex ikun jista’ jagħmel parrokka u jagħtiha lil ommu. 

Għalkemm l-omm aċċettat il-fatt li reġgħet mardet u qed tiġġieled din il-marda qarrieqa, madanakollu ma tħosshiex komda tidher quddiem in-nies meta tibda titlef xagħarha. 

Hija qalet li ma tħosshiex komda minħabba l-fatt li tkun tispikka fejn ħaddieħor u sfortunatament issib ħafna nies li flok jagħmlulek kuraġġ, iweġġgħulek qalbek bi kliemhom. 

U dak li beda bħala ċajta spiċċa biex sar realtà. Darba fost l-oħrajn binha qalilha li kien beħsiebu jtawwal xagħru biex jagħmlilha parrokka. Għal bidu hi ħaditu biċ-ċajt iżda huwa kien determinat li jagħmilha sabiex ommu terġa’ tħossha f’saħħitha. Kif xagħru twal biżżejjed mar għand parrukkier professjonali u talbu biex jagħmel parrokka għal ommu minn xagħru stess. 

Din kienet xi ħaġa tassew speċjali kemm għall-omm kif ukoll għal binha. Spjegat kemm ħassitha emozzjonata kif binha qalilha li l-parrokka tassew xerqitilha u verament tidher tajba. 

Ekonomija

Sport