Sunday, November 24, 2024

Ġuvni jweġġa’ gravi f’inċident bil-mutur iż-Żejtun

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena u residenti Birżubbuġa weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2.00am ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Labour, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Kymco, tilef il-kontroll u ħabat f’Ford Transit li kien ipparkjat .

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport