Monday, August 4, 2025

Ġuvni l-Isptar wara inċident fir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 19-il sena ddaħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-11.15 kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Valletta r-Rabat Malta.

Għal xi raġuni l-ġuvni li kien qiegħed isuq Toyota Vits kellu mpatt ma’ Xarabank li kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena b’ċittadinanza Indjana, iżda residenti l-Ħamrun. Is-sewwieq tax-Xarabank ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tal-ġuvni s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport