Sunday, September 14, 2025

Ġuvni ta’ 14 -il sena u raġel bi ġrieħi gravi wara inċident bejn mutur u rota f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1:30 p.m., intalbet l-assistenza fi Triq Bajada, Ħaż-Żabbar. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda, misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żabbar u rota li kienet qiegħda tinstaq minn ġuvni ta’ 14-il sena, ukoll residenti Ħaż-Żabbar. 

Wara li ż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, huma ittieħedu lisptar b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport