Sunday, November 24, 2024

Ġuvni ta’ 15-il sena jaqa’ tliet sular u jsofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika f’residenza fi Triq it-Tempesta, il-Qrendi.  

Mill-investigazzjoni preliminari rriżulta li ġuvni ta’ 15-il sena residenti l-Qrendi, waqa’ madwar tliet sulari għal ġo xaft.  

Il-vittma ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar  tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marsanne Farrugia LL.D li ħatret inkjesta  filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sewwieq ta’ karozza jsofri ġrieħi gravi wara impatt ma’ vettura oħra f’Birkirkara

Ilbieraħ, għal xi s-6:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Fleur De Lys, f’Birkirkara. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki DL650 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti x-Xgħajra u Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura  gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport