Wednesday, January 15, 2025

Ġuvni ta’ 16-il sena jammetti li kellu dokumenti foloz

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 16-il sena tressaq il-Qorti akkużat b’dokumenti u stqarrijiet foloz.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Abigal Critien li l-ġuvni kien jgħix f’Dar Santa Tereża qabel ma reġa’ mar jgħix ma’ omu u mal-eks sieħeb tagħha.

Ġie spjegat li l-ambjent li fih kien jgħix ma’ ommu ma kien tajjeb xejn għalih, l-aktar minħabba l-eżempju ħażin li tah l-eks sieħeb tagħha.

Bl-għajnuna tal-ħaddiema soċjali fi ħdan l-FSWS, it-tifel wieġeb ħati tal-akkużi kontrih.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bit-tifel jittieħed f’ċentru apposta fejn ikun jista’ jinżamm sigur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport