Ġuvni ta’ 16-il sena tilef ħajtu traġikament meta għal xi raġuni kien involut f’inċident tat-traffiku f’Pozzuoli fl-Italja.
Skont l-ewwel rapporti jingħad li Vincenzo Sepe – il-vittma – kien qiegħed isuq skuter u miegħu kellu ġuvni ieħor ta’ 17-il sena. Għal xi raġuni Sepe tilef il-kontroll tal-iskuter bil-konsegwneza li tilef ħajtu.
Il-ġuvni li kien miegħu ittieħed l-isptar u jinsab ukoll fil-periklu tal-mewt.

