Sunday, August 10, 2025

Ġuvni ta’ 16-il sena jmut f’inċident bil-mutur fl-Italja

Aqra wkoll

Matteo Tobanelli, Taljan miet traġikament fl-Italja wara li kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur li kien qiegħed isuq. Il-midja Taljana qiegħda tirraporta li hu kien xtara dan l-istess mutur ftit tal-ġimgħat qabel.

Il-ġenituri li tkellmu mal-midja qalu li Mattero kien ġuvni kuntent u kien qiegħed igawdi s-sajf hekk kif kien bil-vaganzi. 

L-inċident seħħ ftit metri ‘l bogħod mid-dar tal-ġenituri tiegħu. L-inċident seħħ fil-31 ta’ Lulju li għadda.

Il-ġenituri tiegħu f’appell li għamlu qalu li qegħdin jitolbu biex jekk xi ħadd ra l-inċident iseħħ jitkellem mal-awtoritajiet. Jgħidu li s’issa ħadd ma jista’ jifhem id-dinamika tal-każ hekk kif irriżulta li Matteo ma ħabatx rasu, ma laqat lil ħadd u l-mutur baqa’ kważi intatt. “Irridu nifmhu biss x’seta’ ġara biex b’hekk insibu l-paċi jekk din qatt tiġi,” jgħidu l-ġenituri ta’ Matteo waqt li kienu qegħdin jitkellmu mal-midja Taljana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport