Sunday, December 21, 2025

Ġuvni u tfajla bi ġrieħi ħfief u ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtu minn karozza fix-Xagħra Għawdex

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ta’ 22 sena li joqgħodu n-Naxxar u l-Mellieħa u tfajla ta’ 19-il sena mir-Rabat, Għawdex, għal xi 3:00 a.m., ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għax kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra, Għawdex.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huma ntlaqtu minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Marokk ta’ 53 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.

Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdu l-isptar b’ambulanza u t-tfajla u l-ġuvni li joqgħod il-Mellieħa ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa, filwaqt li lġuvni l-ieħor sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport