Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Qala baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli fil-Qorti t’Għawdex li hedded żewġ persuni.
Il-ġuvnott, li ismu mhux jixxandar għax għadu taħt l-età, kien mixli li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn it-2 u t-3 ta’ Jannar.
Huwa ġie akkużat ukoll li beżża’ liż-żewġ persuni u li tahom fastidju kif ukoll li fit-2 ta’ Jannar saq vettura bla liċenzja, b’mod perikoluż.
Il-ġuvnott, li kien akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation, wieġeb li ma kienx ħati madankollu ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.