Friday, December 20, 2024

Guże’ Ellul Mercer u l-Partit Laburista

Aqra wkoll

L-elettorat dalwaqt jiġi mitlub jagħżel ir-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament biex ikomplu jmexxuh għall-ħames snin li ġejjin. Dan huwa prinċipju elementari ta’ sistema demokratika fejn kull individwu jeleġġi lil dawk il-kandidati fi ħdan il-partit politiku tal-għażla tiegħu u li jħoss li jirrapreżentaw l-aspirazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi tiegħu.

Il-Partit Laburista sa mil-bidu tiegħu kien mogħni b’ħassieba li dawlu l-mogħdija favur politika soċjali li tgħin lill-emarġinati fis-soċjetà, favur l-ilsien tagħna, favur it-tagħlim b’xejn għall kull ċittadin, favur l-identità Maltija, favur l-indipendenza nazzjonali, favur is-sliem madwarna. Il-Partit Laburista kien u għadu l-vuċi tan-nies kif juri l-appoġġ konsistenti taċ-ċittadini favur il-Partit Laburista.

Dan l-aħħar il-Ministru Evarist Bartolo, ta ġieh lil Ġużè Ellul Mercer wieħed mill-aqwa mexxejja  tal-Partit Laburista. Il-Ministru Bartolo ikkwota artiklu li kien kiteb Ġużè Ellul Mercer fid-29 ta’ Mejju 1929 bl-isem ‘Għaliex jien fil-Partit tal-Ħaddiema’. Ellul Mercer jgħid li ma kienx fil-politika għax jobgħod lin-Nazzjonalisti. Daħal fil-Partit tal-Ħaddiema għax huwa mibni ‘fuq l-itjeb twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, u biex jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem.’ Imnebbaħ minn dan it-twemmin il-Partit Laburista ħadem favur il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza, id-dinjità ta’ kull bniedem, il-libertà u s-solidarjetà, l-valuri li għadhom imexxu lill-Partit Laburista. 

Il-Partit Laburista fil-Gvern illum għadu jgħożż dawn il-valuri u biex jilqa’ għall-għoli tal-ħajja minhabba l-pandemija reġa’ issussidja l-prezz taż-żejt, tal-gass, tal-petrol u tad-diesel u iffranka €500 lil kull familja, lil kull negozju. Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern Laburista se jkompli jħares lin-nies mill-għoli tal-ħajja li gej mill-gholi fil-prezz tat-trasport u ikel madwar id-dinja kollha u se jkompli jinjetta €70 miljun euro oħra biex jghin lill-familji u lill-pensjonanti. Huwa fl-interess tal-familji tagħna li Gvern Laburista jkompli jmexxi dan il-pajjiż biex fil-Parlament jeleġġu rappreżentanti li jkunu l-vuċi tagħhom u jkomplu jmexxu lil pajjiżna 

Ekonomija

Sport