Saturday, November 23, 2024

“Gvern bla abbiltà li jiggverna fil-maltemp”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervista fuq NetFM il-Kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-PN Adrian Delia qal li l-Prim Ministru meta mistoqsi mill-ġurnalisti, minflok iwieġeb lill-ġurnalisti, jattakka lill-ġurnalisti jew jattakka b’mod partiġġjan.

Rigward il-programm “Xarabank”, Delia qal li dan kien jagħti spazji lil opinjonijiet differenti. Qal li dan juri biċ-ċar fejn irid imur il-Prim Ministru u huwa ċar li għalih meta nitkellmu fuq xandir qed nitkellmu fuq magna ta’ propoganda għall-gvern.

Huwa tkellem dwar dawk fil-qgħad u li l-Partit Nazzjonalista aktar minn sentejn ilu wiegħed li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu. Għax kull Malti u Għawdxi għandu dritt li jgħix ħajja diċenti u penzjoni diċenti.

Qal li meta l-Prim Ministru xi jiem ilu qal li għandna bżonn pjan ekonomiku ġdid, “litteralment qabad id-dokumenti tal-Partit Nazzjonalista u tefagħhom f’gazzetta”.

Rigward il-kriminalità organizzata u ż-żieda tagħha, Delia qal li hemm diversi fatturi li jwasslu għal dan. Delia qal li jekk il-poplu jara lil min qiegħed fil-poter “jikkonfoffaw u fil-kriminalità u jistanew” bla ma jiġu interrogati u qabbel din is-sitwazzjoni ma’ għalliem li sippost jagħti l-eżempju.

Tkellem dwar il-biża’ ta’ żgħażagħ, partikolarment bniet li jimxu f’postijiet bħalma huma San Pawl il-Baħar minħabba gruppi ta’ persuni barranin. Delia qal li s-soluzjoni għandha tkun serjetà fil-Forzi tal-Ordni biex min jonqos isofri ta’ għemilu u għalhekk għandu jkun hemm gvern li jagħmel distinzjoni bejn it-tajjeb u l-ħażin.

Sport