Sunday, December 22, 2024

“Gvern ġdid Nazzjonalista jara li s-CRPD issir korp indipendenti mill-Gvern u tirrapporta lill-Parlament”

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja David Agius iddikjara fil-Parlament li Gvern ġdid Nazzjonalista jara li mingħajr dewmien, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) issir korp indipendenti għalkollox mill-Gvern u tirrapporta lill-Parlament biex fi kliemu “tassew tkun tista’ taqdi dmirha mingħajr indħil għall-ġid tal-persuni b’diżabilità.”

Huwa kompla jgħid: “il-Qorti t’Għawdex huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? It-taraġ li kellu jsir quddiem il-Katidral t’Għawdex huwa l-istess bħal dak li kellu jsir? Jiena naħseb li le. Għax mill-bidu ta’ kif kienu l-pjanti għal-lum huma differenti b’mod totali.”

Tenna li rridu li l-persuni b’diżabilità u nagħtuhom aktar riedni f’idejhom biex huma stess u jkunu jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja. Qal ukoll li Gvern ġdid Nazzjonalista jiżgura li jingħata sussidju għall-isports lil kull persuna li għandha diżabilità fiżika.

Ekonomija

Sport