Saturday, December 28, 2024

Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li jegħleb l-isfidi tal-obeżità

Aqra wkoll

Diversi studji juru li Malta għad għandha problema ta’ obeżità. Fid-dawl tal-istrateġija eżistenti dwar l-obeżita, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jitlob lill-Gvern sabiex jaġġorna lil kulħadd dwar is-suċċess ta’ din l-istrateġija għaliex skontu “jidher ċar li falliet”. 

F’din il-konferenza ntqal li gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech jassigura li fost l-ewwel prijoritajiet tiegħu jaħdem fuq studju nazzjonali dwar l-istrateġija tal-obeżità, sabiex fejn falliet jassigura li jwettaq bidliet radikali, fl-interess tas-saħħa nazzjonali tal-Maltin u l-Għawdxin. Din il-kuxjenza għandha tibda mill-iskejjel.

Fost l-istrateġija tiegħu l-PN qiegħed jipproponi żieda fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika u li flimkien mas-suġġett tal-isport career development programme, jiddaħħlu aktar dixxiplini sportivi. 

Il-PN innota l-investiment fix-xiri ta’ riżorsi sportivi li sar għall-iskejjel matul dawn l-aħħar snin iżda sostna li għad baqa’ ħafna xi jsir. Skont l-Oppożizzjoni għandu jkun ukoll żgurat li ma’ kull kulleġġ ikun hemm sett ta’ faċilitajiet sportivi state-of-the-art li jservu lill-istudenti fil-ħin tal-iskola u lill-komunita’ wara dan il-ħin kif ukoll iż-żieda ta’ faċilitajiet outdoor inkluż Open Air Gyms u Adventure Parks u Equipment biex nikkompensaw għall- ħajja sedentarja.

Skont din l-istrateġija għandu jkun hemm wkoll tagħrif edukattiv dwar dieta bilanċjata u l-benefiċċji ta’ ikel bnin li jgħin biex jipprevjeni konsegwenzi li ġġib magħha l-obeżità. Barra minn hekk għandu jsir moniteraġġ regolari tad-dieta u l-progress tat-tfal u jiġu stabbiliti miri ċari li għandhom jintlaħqu bħal kull mira skolastika oħra. 

Ekonomija

Sport