Tuesday, June 3, 2025

Gvern Laburista investa rekord ta’ €1,500 miljun fis-saħħa tan-nies din is-sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar budget ta’ Gvern Nazzjonalista fl-2012 kienu allokati €376 miljun lis-saħħa u l-anzjanità, ċifra li tikkuntrasta ferm meta titqabbel mal-allokazzjoni li saret din is-sena minn Gvern Laburista li żiedha għas-somma rekord ta’ €1,500 miljun (żieda ta’ 272%).

Biex nagħtu ftit eżempji li jxejnu d-dikjarazzjonijiet skorretti tal-Oppożizzjoni li saru iktar kmieni llum, Gvern Laburista żied in-nefqa għall-Isptar Mater Dei b’250%, fil-Kura Primarja żiedha b’200%, f’Għawdex żiedha bi 352%, fil-POYC żiedha b’750% u fl-Anzjanita’ Attiva żiedha b’1,057%.

Il-Gvern kien ċar fil-proġetti li qed jaħdem fuqhom fil-Kura Primarja, l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-proġetti riċenti tal-MR Linac fl-Isptar SAMOC, il-mammography, is-CT scanner u l-MRI scanner fl-isptar Ġenerali t’Għawedx, is-CT scanner fil-faċilità San Vincenz de Paul, is-SPECT-CT scanner, żewg PET-CT scanners u l-patoloġija diġitali huma biss ftit mill-inizjattivi innovattivi f’dawn l-aħħar sentejn. Iċ-Ċentru Ċensu Moran huwa mistenni li jibda joffri servizzi fis-sajf li ġej.

L-esponenti tal-Oppożizzjoni qed jirriċiklaw bosta akkużi li m’għandhom l-ebda bażi fil-verità.  B’mod speċjali, il-Partit Laburista jinnota d-diżonestà tal-kelliema Nazzjonalisti li naqsu jgħidu li meta fetaħ l-Isptar Mater Dei fl-2007 kien diġà qed jilqa’ pazjenti fil-kurituri tiegħu. Permezz ta’ ftehim mal-privat u issa bis-saħħa tal-helpline 1400, Gvern Laburista jkompli jara li l-ebda pazjent ma jirċievi “corridor care”.

It-tkabbir tal-emerġenza u l-bini tal-unit psikjatriku ġdid se jsiru f’qasam ta’ Mater Dei li tlesta fl-2017 u mhux fuq il-konkos oriġinali ta’ żmien Skanska li fl-2015 ġie kkundannat. Dan kien proprju il-konkos li Gvern Nazzjonalista kien ta’ waiver dwaru biex qatt ma jigi kkontestat. 

Fis-settur tas-saħħa, in-nies jafu kemm Gvern Laburista qed jistinka biex iħares l-interessi tan-nies u jinvesti f’iktar servizzi tas-saħħa għall-ġid tal-Maltin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport