Wara li ftit jiem ilu ntemm il-ġuri dwar il-qtil ta’ Brian Rosso li seħħ fl-2005 li fiħ l-akkużati ma nstabux ħatja u ġew liberati kien hemm min ikkummenta dwar proċeduri li ġew applikati fl-istess ġuri.
F’kumment li għamlet fuq wieħed mis-siti soċjali l-avukat, Marija Sara Vella Gafa li hija wkoll is-Sindku tal-Gudja, sostniet li l-istqarrijiet tal-akkużati ma setgħux jiġu ppreżentati mill-prosekuzzjoni u dan minħabba li meta ttieħdet l-istqarrija taghhom lura fis-sena 2005, il-gvern nazzjonalista ta’ dak iż-żmien ma kienx daħħal id-dritt tal-għajnuna tal-avukat waqt l-interrogazzjoni mill-pulizija.
Dan wassal biex l-istqarrijiet tal-akkużati ikunu meqjusa bħala invalidi għall-proċess.
Fil-fatt, fakkret Vella Gafa, illi kien Gvern Laburista li daħħal dan id-dritt ta’ assistenza legali waqt l-interrogatorju mill-Pulizija fis-sena 2016.