Tuesday, August 26, 2025

Gvern Laburista ma jistenniex lill-PN biex jaġixxi fl-aħjar interess tal-pajjiż u l-poplu

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista lanqas induna li l-Gvern diġà wera l-intenzjoni tiegħu li jħarrex il-liġijiet kontra l-abbuż fis-sewqan propju meta f’Lulju ressaq l-ewwel qari b’rabta mal-emendi legali proposti.

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsa wkoll li l-intenzjoni minn xhur ilu tal-Gvern wara dawn l-emendi legali, joħroġ mill-fatt li l-Korp tal-Pulizija wettaq market research u nxtraw testijiet tad-droga li llum jinsabu f’idejn l-istess uffiċjali tal-Korp.

ll-Partit Nazzjonalista qatta sajf b’idu fuq żaqqu u sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet wara numru ta’ inċidenti serji madwar pajjiżna, f’tentattiv populist li jiskurja xi punti politiċi. 

Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista ilu xhur sħaħ jaħdem fis-silenzju biex illum seta’ jħabbar numru ta’ emendi legali b’saħħithom, li se jservu ta’ deterrent kontra dawk li sal-lum kienu qed isuqu b’mod perikoluż u irresponsabbli. Dan filwaqt li żied l-infurzar u se jkompli jsaħħu fiż-żmien li ġej.

Dik hija d-differenza ċara bejn Partit Nazzjonalista tal-istatus quo u Gvern Laburista responsabbli li kuljum jaħdem favur pajjiż dejjem aħjar u aktar sigur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport