“Il-Perit Duminku Mintoff li beda dan il-pajjiż mix-xejn kien jgħidilna li tkun qiegħed tgħin lill-ħaddiema meta int tgħin ukoll lil min iħaddem…”
Hekk stqarr il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela meta kien qiegħed jindirizza attività politika fil-Gżira.
Abela qal li f’dan il-budget tħabbret miżura li se tgħin lil min iħaddem, iżda wkoll lill-ħaddiema. Fil-fatt, issa jekk min iħaddem ikun se jagħti żieda fil-paga lill-ħaddiema l-Gvern se jkun qiegħed joħroġ 65% ta’ dik iż-żieda filwaqt li jekk int ħaddiem Għawdxin u taħdem Għawdex il-Gvern se jkun qiegħed iħallas 80% ta’ dik iż-żieda.

