F’laqgħa li kellu aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela tkellem ma’ Christian Sammut (Sindku tal-Ħamrun) u Josef Azzopardi (Sindku tal-Marsa) fejn fid-diskussjoni li saret bejniethom, huma mhux biss wasslu leħen ir-residenti tagħhom dwar l-isfidi li jaffaċċjaw, iżda ukoll dwar is-soluzzjonijiet.
Il-Prim Ministru qal li bħala Gvern mhux biss jisma’, iżda jieħu azzjoni fl-interess tan-nies. Kompla biex jgħid li kif stajtu ssegwu, sal-lum stess il-forzi tal-ordni komplew iwettqu xogħol importanti b’diversi arresti biex ikollna soċjetà aktar sigura.
“Iżda għalkemm sar ħafna xogħol, hemm il-ħtieġa li nkomplu nibnu fuqu”, tenna Abela.