Monday, November 11, 2024

“Gvern li se jiġġieled miegħu nnifsu hu u jiġġieled il-kriminalità organizzata”

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-membru Parlamentari Nazzjonalista Karol Aquilina qal li ħa pjaċir jisma’ lill-Prim Ministru Robert Abela jgħid l-gvern qiegħed jew se jkun qiegħed jiġġieled il-kriminalità organizzata.

Aquilina qal li dan ifisser li għall-ewwel darba se jkollna gvern li se jkun qiegħed jiġġieled lilu nnifsu hekk kif sostna li l-kriminalità organizzata hija xi ħaġa li tilfet il-kontroll taħt dan il-gvern.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista kompla biex jgħid li għal dawk li jgħidu li dan il-gvern ilu biss sentejn huwa żbaljat għax skontu dan huwa l-istess gvern li kompla fuq il-passi tal-amministrazzjoni ta’ qablu.

Aquilina qal li l-kriminalità organizzata tant ħassitha tista’ tagħmel li trid tant li waslet biex għandha kontroll fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tant ħassewhom komdi li sa waslu biex joqtlu ġurnalista b’karozza bomba.

Sport