Thursday, December 26, 2024

Gvern u Oppożizzjoni ma jaqblux dwar kif jinħatar il-Prim Imħallef

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li ma qablux dwar kif għandu jinħatar il-President tar-Repubblika issa l-Gvern u l-Oppożizzjoni mhux jaqblu mal-liġi li qed tiġi proposta għall-ħatra tal-Prim Imħallef.

Fil-ġimgħa li l-Gvern qed iressaq diversi emendi kostituzzjonali huwa qed jipproponi li fiż-żewġ ħatriet imsemmija jittieħed vot li jkun jinħtieġ iż-żewġ terzi.
F’każ li ma jgħaddix jgħaddu sebat ijiem u jittieħed vot ieħor u jekk anke hawn ma jgħaddix jgħaddu sebat ijiem oħra u jittieħed vot fejn tgħaddi tal-maġġoranza.

L-Oppożizzjoni taqbel li l-President u l-Prim Imħallef jinħatru biż-żewġ terzi imma mhux li jekk ma jkunx hemm qbil il-vot jgħaddi b’maġġoranza assoluta.

Ekonomija

Sport