Gwardja tar-Re inqabad fuq filmat jgħajjat ma’ tifla ċkejkna biex twarrablu min-nofs. Il-filmat li ttella’ fuq Tiktok juri lit-tifla ċkejkna wieqfa hekk kif is-suldat kien tiela minn warajha iġorr sejf. It-tifla ħarbet imbikkma wara li l-gwardjan għajjat ‘stand clear’.
Ir-reazzjoni soda tas-suldat wasslet lil xi wħud jgħidu li kellu jkun aktar ġentili mat-tifla u staqsew jekk is-suldat kellux ħtieġa li jbeżża’ liċ-ċkejken kif għamel.
Oħrajn kienu pronti jiddefendu lis-suldat, u argumentaw li meta keċċa liċ-ċkejna kien qed jagħmel xogħlu. Kummentatur ieħor argumenta li l-gwardji tar-re mhumiex attrazzjoni pubblika nu qegħdin hemm biex iwettqu dmirhom. Ieħor qal li Londra m’hijiex xi Disney Land.
Ix-xogħol tal-Gwardja jinvolvi l-mixi fil-linja, anke jekk dan ifisser li timbotta lin-nies minn triqthom. Huma suldati li jaħdmu bis-sħiħ u jinstabu jħarsu fuq il-Kastell ta’ Windsor, il-Palazz ta’ Buckingham, il-Palazz ta’ San Ġakbu u t-Torri ta’ Londra.
Dan il-każ ma kienx l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu tant li fl-2018, turist li telaʼ minn fuq barriera tal-ħabel fil-Kastell taʼ Windsor ġie miżmum u tkeċċa minn suldat li kien qed jimmarċja bl-uniformi ċerimonjali.
Dan is-sajf, filmat li fih jidher membru tal-Queen’s Life Guard sar virali wara li dan għajjat ma’ turist talli ħataf ir-riegni taż-żiemel tiegħu biex jieħu ritratt.
F’każ ieħor f’Diċembru tas-sena l-oħra Gwardja tar-Reġina waqqa’ tifel mal-art waqt li kien qed jagħmel ronda fit-Torri ta’ Londra