Sunday, November 24, 2024

Gwerra fl-Ukrajna: Jonqsu drastikament ir-residenti f’Avdiivka

Aqra wkoll

“Il-missili Russi qegħdin ifarrku l-belt tagħna Avdiivka. Minkejja l-attakki, ommi li hija anzjana trid tibqa’ hawnhekk u għalhekk ma nistax nitlaq u nħalliha waħedha”. Dan qalitu Hanna, waħda mir-residenti li għad fadal fil-belt ta’ Avdiivka, f’intervista li kellha mal-midja internazzjonali. 

Hija qalet li ommha, li llum -il ġurnata għandha 71 sena wriet ix-xewqa li ma tridx titlaq mill-post fejn hi trabbiet u għexet ħajjitha. Żiedet tgħid li minħabba li ommha hija anzjana, għandha xi problemi f’riġlejha u li għalhekk ikollha bżonn lil bintha sabiex tgħinha tixrob, tiekol u saħansitra’ anki biex tinħasel. 

Meta kienet mistoqsija fejn qegħdin jgħixu, Hanna qalet li hi u ommha qegħdin jgħixu f’appartament li jinsab fil-ħames sular. Kien hawn, fejn il-bint irrimarkat li għalhekk qed tibża mill-attakki Russi, għax jekk ikun hemm xi attakk fil-bini, huma se jisfaw vittmi ta’ dan l-attakk. 

Rapporti internazzjonali juru li minn mindu bdet il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja, bosta residenti li kienu jgħixu fil-belt ta’ Avdiivka, irnexxielhom jaħarbu. Tant, li fi Frar li għadda, il-popolazzjoni naqset minn aktar minn 30,000 għal ftit iktar minn 1,000. 

Sport