Thursday, December 26, 2024

GWU: fiduċja u kunfidenza fl-investiment u t-tisħiħ tal-impjiegi

Aqra wkoll

YouTube video

Il-Gvern laqa’ diversi proposti li ressqet il-General Workers’ Union f’dawn iċ-ċirkostanzi tant diffiċli. L-ghan ta’ dan l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomiku huwa li jkun hemm fiducja u kunfidenza fl-investiment u tishih tal-impjiegi.   

Il-Gvern wera biċ-ċar l-oġġettiv prinċipali li jkompli jinvesti fl-ekonomija tal-pajjiż.  Dan seta’ jseħħ biss wara t-tkabbir ekonomiku li pajjiżna rnexxielu jirreġistra f’dawn l-aħħar snin bl-involviment dirett tas-settur privat.  Is-surplus ekonomiku wassal biex il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jikkrea stimulu ekonomiku li jinċentiva l-investiment anke f’setturi tradizzjonali u setturi ġodda, li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għat-tisħiħ tal-impjiegi fil-pajjiż.

Il-miżuri mħabbra lbierah se jkomplu jsaħħu l-fiduċja bejn il-partijiet soċjali kollha tal-pajjiiż biex verament l-investiment ikkreat ikun mibni fuq sisien sodi bl-involviment dirett tas-settur privat.  Dan għandu jwassal biex pajjiżna jerġa’ jibda jirreġistra tkabbir ekonomiku, b’ekonomija reżiljenti li jissalvagwardja l-impjiegi u l-livell tal-għajxien dicenti tal-ħaddiema u l-pensjonanti tagħna.

Il-Gvern f’dan il-mument diffiċli, bis-saħħa ta’ ekonomija b’saħħita li pajjiżna rreġistra rnexxielu mhux iżid it-taxxi imma jnaqqas dawk l-hekk imsejħa Government Induced Costs fosthom bit-tnaqqis tal-kontijiet tal-prezzijiet fl-enerġija u liċenzji tan-negozji tagħna, traħħis tal-prezz tal-fuel.   Dan ser jagħti nifs ġdid lill-industrija tagħna b’aktar likwidità li tibqa’ għal favur tal-investituri tagħna.  Huwa ferm pożittiv il-miżuri diretti favur t-tisħiħ tal-impjiegi fil-pajjiż fosthom it-tkomplija tal-COVID Wage Supplement u ż-żieda fl-inwork benefits.  Il-miżuri diretti fl-industrija tat-turiżmu u miżuri favur l-industrija tal-propjetà, anke inċentivi fis-suq tal-kirjiet,  għandhom ukoll iwasslu għal tisħiħ sħiħ favur l-impjiegi f’dawn is-setturi.  Dan għandu jwassal għal nifs ġdid lill-investituri u l-bejjiegħa f’dan is-settur b’tnaqqis fit-taxxi tal-boll u bejgħ.   Il-Gvern kien ferm għaqli li f’dan il-mument partikolari jkompli jsaħħa s-servizzi finanzjarji tal-pajjiż b’enfasi ta’ industriji ġodda f’dan il-qasam.

It-tkabbir ekonomiku għandu jkompli jiġi msaħħaħ bil-miżuri mħabbra li tniedi investiment ta’ 400 mitt miljun fi proġetti infrastrutturali industrijali.  Dan għandu jkompli jwassal għal kreazzjoni ta’ aktar impjiegi fl-innovazzjoni u riċerka fl-intelliġenza artifiċjali u software development.  Huwa ferm pożittiv il-miżuri mħabbra biex il-Gvern jassigura stabbilta fil-bond market biex nevitaw kull kriżi finanzjarji li pajjiżna seta’ jaffaċċja bl-inċertezza li ħolqot il-COVID- 19.

Id-defiċit ipproġettat huwa relatat ma’ investiment ġdid fil-pajjiż. Dan ser iwassal għal tkabbir f’dak li jissejjaħ multiplier effect biex ir-rota ekonomika verament terġa’ tibda ddur għas-setturi ekonomiċi kollha tal-pajjiż.  It-tkabbir ekonomiku għandu eventwalment jinnewtralizza t-tkabbir fid-dejn nazzjonali biex il-miri fiskali tagħna jerġgħu jibdew jintlaħqu mill-aktar fis u pajjiżna jibqa’ fuq quddiem nett fi kreazzjoni tal-ġid.  Dan għandu jwassal għal aktar likwidità fil-pajjiż bir-riżultat ta’ aktar infiq domestiku li tant huwa meħtieġ biex SMEs tagħna fosthom negozji tal-Catering u Akkomodazzjoni jerġgħu jibdew jirpiljaw u joholqu stabbilita fl-impjiegi mill-aktar fis possibbli.

Ekonomija

Sport