Gzira U……………..2
Naxxar L……………1
(wara l-ħin barrani)
Gzira United kisbu l-passaġġ għall-finali tal-Meridianbet FA Trophy meta dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Naxxar Lions, biex b’hekk kisbu l-passaġġ għall-finali tal-istess kompetizzjoni.
Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta, meta l-captain Edson Farias Cerqeuira rċieva fil-kaxxa u minn qagħda idaeli spara xutt fil-baxx bil-goalkeeper ta’ Gzira minn San Marino Edoardo Colombo attent u jdawwar l-ballun f’corner. Iżda fil-21 minuta, kienu Naxxar Lions li fetħu l-iskor wara li VITINHO spara xutt sabiħ minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill Colombo.
Fit-42 minuta, ċans tajjeb għal Gzira United wara li Penha għadda pass preċiż lejn Luis Carlos Riascos li minn quddiem il-goalkeeper ta’ Naxxar Matthais Debono ra lil dan tal-aħħar isalva tajjeb.Fis-76 minuta, Gzira ġabu l-iskor indaqs meta corner mogħti minn Johan Bonilla Calderon sab lil ANDRE CARLOS PENHA DA COSTA żmarkat li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lill Debono. Fil-ħin miżjud, Naxxar Lions tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta li Cardoso ta daqqa ta’ ras wara corner lejn l-kaxxa bil-ballun kien viċin illi jaqbeż il-linja pero r-referee Alex Johnson iddecieda li l-ballun tabilħaqq ma kienx qabeż il-linja, bl-iskor jibqa’ intatt.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem id-90 minuta, biex b’hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani.Fil-ħin barrani, fil-101 minuta, Gzira United skorjaw il-goal tar-rebħa meta Rosiel waqqa’ lil Brooklyn Borg fil-kaxxa, bir-referee Alex Johnson jordna penalty. Mill-11-il metru inkariga ruħu, l-iskorer prolifiku Brażiljan MAXUELL MAIA li spara ġewwa. Fil-120 minuta, Naxxar Lions spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li l-goalkeeper Matthias Debono wettaq foul f’nofs il-ground fejn kien l-aħħar raġel.Gzira komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.Gzira U.: Edoardo Colombo, Gabriel Mentz Bohrer, Deacon Abela, Andrew Borg (Brooklyn Borg 71), Andre Penha Da Costa, Maxuell Maia, Clayton Failla (Marc Bovenkamp), Luis Riascos, Stasa Bastic (Mihajlo Stojanovic), Isemoli Chrisnovic, David Xuereb (Johan Bonilla Calderon 71) Coach: Darren Abdilla Naxxar L.: Matthias Debono, Theo Kruger (Yeangel Montero 106), Gustavo De Campos, Mark Fenech (Shaun Bugeja 106), Louis M’Vemba, Edson Farias(Amiel Guehi 106) , Joao Dos Santos, Daniel Letherby (Mattias Micallef 97) (Jamie Azzopardi 122), Rosiel Da Silva, Vinicius De Jesus, Joao Cardoso Coach: Winston MuscatReferee: Alex JohnsonAss. Referees: Kurt Saliba, Max-lee MuscatRaba’ Uffiċjal: Daniel PortelliSkorers: Vitinho 21 (N), A. C. Penha Costa 76, M. Maia pen. 100 (G)Tkeċċa: M. Debono 121 (N)Ammoniti: S. Bastic (G), Vitinho, S. Guehi (N)
Ritratt: Mark Mangion

