Friday, December 13, 2024

Gzira United fir-raba’ post, Balzan ikomplu jiddiżappuntaw

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Balzan ……..1

Gzira Utd…..3

B’wirja ta’ karattru, Gzira United, għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 3-1 bil-protagonista jkun Maxuell Maia li skorjaw doppjetta.

Permezz ta’ din ir-rebħa, Gzira laħqu lil Hamrun Spartans fir-raba’ post tal-klassifika iżda dawn tal-aħħar lagħbu partita inqas.

Min-naħa ta’ Balzan, reġgħu ddiżappuntaw fejn sofrew ir-raba’ telfa nfila.

Il-Gżirjani marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fit-12-il minuta ngħataw penalty wara li Gary Camilleri waqqa’ lil MAXUEL MAIA fil-kaxxa u l-istess player mill-11-il metru ma falliex.

Iżda seba’ minuti wara, Balzan kisbu d-draw meta Adam Bradshaw xeħet cross għan-nofs bil-goalkeeper, Darijan Zarkov,  ixellef ftit il-ballun, fejn qamet taħwida u pront kien BOJAN KALJEVIC li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Fil-35 minuta, il-Maroons reġgħu heddew b’xutt qawwi ta’ Maxuell Maia li mill-viċin li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Vukasin Vra­nes li salva bi bravura.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-42 minuta Zach Scerri xeħet cross għan-nofs u minn pożizzjoni ideali Clive Gauci kellu d-daqqa ta’ ras tintemm ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maroons ħarġu aktar avventurużi u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-50 minuta reġgħu qalbu l-iskor favur tagħhom meta MAXUELL MAIA avvanza tajjeb fil-kaxxa u llobja l-ballun minn fuq Vukasin Vranes, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali, b’dan ikun it-12-il goal staġjonali tiegħu.

Fil-85 minuta huma ssiġillaw ir-rebħa meta Jefferson De Assis xeħet cross għan-nofs li sab lil TONI KOLEGA fil-post it-taj­jeb fil-mument opportun, u minn taħt il-lasti ma żbaljax.

BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 3-Augustine Loof, 7-Milan Duric, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zatkovic (77-Aleksa Andrejic 70), 21-Neil Frendo, 22-Gary Camilleri (15-Michael Johnson 56), 23-Milos Mijic, 44-Adam Bradshaw (11-Jake Grech 78), 86-Bojan Kaljevic (20- Suleiman Jalu 78), 88-Sean Cipriott   – Coach: Paul Zammit

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Zammit, 8-Zachary Scerri, 17-Clive Gauci (21-Jean Paul Attard 83), 19-Antonio Pavic, 91-Maxuell Maia (9-Toni Kolega 64), 94-Jefferson De Assis (20-Nevin Portelli 90), 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: James Muscat, Paul Apap

RABA’ UFF: Stefan Pace

SKORERS: M. Maia 12 pen, 50, T. Kolega 85 (GU), B. Kaljevic 19 (B)

AMMONITI: G. Camilleri (B), G. Bohrer Mentz, N Muscat, M. Maia, J. Mendoza, C. Gauci  (G)

Ekonomija

Sport