Thursday, December 26, 2024

Gzira United fir-raba’ pożizzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gudja United ….1

Gzira United …..2

Gzira United telgħu fir-raba’ post tal-klassifika meta għelbu lil Gudja Uni­ted bl-iskor ta’ 2-1 biex għamlu pass kbir li jikkwa­lifikaw fiċ-Championship Pool. Min-naħa ta’ Gudja, dawn jidhru li se jilagħbu fir-Relegation Pool.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta meta xutt mid-distanza ta’ Nikolai Muscat għadda għoli.

Huma komplew fuq l-offensiva bid-difiża ta’ Gudja tinqabad taħt pressjoni, u fl-20 minuta daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Toni Kolega spiċċat ftit barra.

B’mod gradwali, il-Maroons bdew jiddominaw u ta’ dan ġew ippremjati meta, fis-27 minuta, fetħu l-iskor meta Jefferson De Assis xeħet cross fil-baxx li sab lil TONI KOLEGA li mill-viċin ma ħafirx.

Ir-reazzjoni tal-Gudjani ma waslitx u fid-39 minuta, il-Gżirjani rduppjaw meta JEFFERSON DE ASSIS b’sidru antiċipa l-intervent tal-player ta’ Gudja, Neil Tabone, avvanza tajjeb u permezz ta’ xutt fil-baxx għeleb għal kollox lil Glenn Zammit li kien qed jirritornaw minn sospensjoni.

Fit-tieni taqsima, it-team immexxi mill-coach Darren Abdilla kompla jiddetta l-logħob u fis-57 minuta resqu viċin meta l-free-kick ta’ Nikolai Muscat għadda ftit barra.

Gudja wieġbu għall-ewwel darba fil-65 minuta meta Matias Muchardi ttanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li ġie mdawwar f’corner b’diffikultá mill-goalkeeper Gżirjan, Darijan Zar­kov.

Huma komplew jippressaw u fis-70 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ xutt mill-viċin tas-sositut LLYWELYN CREMONA, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Iżda Gzira komplew jam­mi­nistraw il-vantaġġ mini­mu li kellhom sas-suffara finali, b’Gudja jippruvaw jagħmlu minn kollox biex isalvaw ir-riżultat iżda sabu quddiemhom difiża ferm kompatta u organizzata li annullat għal kollox l-attakki tagħhom.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Matias Muchardi, 7-Aidan Jake Friggieri (81-Neil Micallef 69), 8-Rodolfo Soares, 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah (10-Llywelyn Cremona 61), 23-Neil Tabone, 25-Juan Ramires Bolanos, 28-Nika Dzalamidze (19-Bienvenu Selemani Ahinga 46), 29-Giorgi Nikabadze, 99-Marcelo Dias (3-Tatsuro nagamatsu 86) – Coach: Thane Micallef

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (21-Jean Paul Attard 77), 8-Zachary Scerri, 9-Toni Kolega, 17-Clive Gauci (15-Hytem Kabar 89), 20-Nevin Portelli, 94-Jefferson De Assis   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Paul Apap

RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann

SKORERS: T. Kolega 27, J. De Assis 39 (Gz), L. Cremona 70 (Gu)

AMMONITI: M. Muchardi G. Nikabadze (Gu), M. Cosic, N. Portelli (Gz)

Ekonomija

Sport